Saturday, May 11, 2024

Pierre-Emerick Aubameyang segwit minn tliet clubs tas-Serie A

Aqra wkoll

L-attakkant ta’ Arsenal Pierre-Emerick Aubameyang qed jiġbed l-interess minn tliet clubs mis-Serie A qabel it-tieqa tat-trasferimenti ta’ Jannar.

Wara li dan l-aħħar tneħħa mill-iskwadra tal-ewwel team minħabba miżuri dixxiplinari, il-player ta’ 32 sena ġie mġiegħel jitlaq mill-Emirates Stadium ix-xahar id-dieħel.

Kif inhu, il-manager Mikel Arteta issuġġerixxa li għad irid jieħu deċiżjoni dwar il-futur tal-internazzjonali mill-Gabon.

Madankollu, Juventus, Inter u AC Milan kollha qed isegwu s-sitwazzjoni qabel ma potenzjalment jagħmlu offerta għalih.

Kull wieħed minn dawn it-tliet clubs jippreferi ftehim ta’ self minħabba l-ammont tal-pagi ta’ Aubameyang fil-club mill-Premier League.

Filwaqt li Aubameyang skorja seba’ goals minn 15-il dehra dan l-istaġun, huwa ilu ma jidher minn mindu ħareġ minn fuq il-bank tas-sostituti kontra Everton fis-6 ta’ Diċembru li għadda.

Barcelona jingħad ukoll li huma ħerqana fuq l-attakkant versatili, li fadallu 18-il xahar kuntratt magħhom.

Sport