Il-plejer ta’ AC Milan Pierre Kalulu hu pass bogħod milli jġedded il-kuntratt mat-tim tiegħu. Hekk kif il-kollegi tiegħu Rafael Leao u Ismael Bennacer qed isibuha diffiċli sabiex jilħqu ftehim mad-diriġenti Rossoneri, it-trattativa ma’ Kalulu tidher dejjem aktar sempliċi tant li l-firma tinsab ferm viċin.
Kalulu jaqla’ €400,000 kull sena iżda b’dan it-tiġdid se jkollu żieda li tlaħħaq kważi żewġ miljun ewro.
Kalulu stqarr li jinsab ferm għal qalbu f’Milanello u jixtieq jibqa’ jilbes il-flokk aħmar u iswed tal-klabb.