Monday, February 16, 2026

Pika sfrenata bejn omm u missier… ħsara kbira fuq binhom li spiċċa b’rabja kbira u ansjetà lejn ommu

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

Koppja mogħmija f’pika sfrenata. Pika li fi kliem il-Qorti għamlet ħsara kbira lil binhom.  Dan kellu rabja u ansjetà kbira lejn ommu. Tifel li regolarment jispiċċa  l-għassa fuq ir-rapporti li jsiru mill-ġenituri u jkun jaf id-dettalji tagħhom liema dettalji jtaqqluh u joħolqulu ħafna ansjetà.  Fi kliem il-psikoterapista, “il-partijiet huma mogħmija f’pika lejn xulxin fuq kull ħaġa bħal meta u minn fejn ser jinġabar it-tifel. 

Dan meta t-tifel beda jħoss sintomi ta’ ansjetà fiżika u jħossu konfuż għall-aħħar”. Tgħid li t-telefonati ta’ kuljum ma’ missieru kienu saru sors ta’ stress għall-minuri għax irid jitkellem b’mod li ma tisimgħux ommu u jitkellem b’mod li jogħġob lil missieru. Ix-xhud ikkonfermat illi l-minuri ġie mġiegħel jagħmel rapporti mill-missier mal-Pulizija. 

Ħarġet tqila ta’ 17-il sena

L-omm xehdet li bdiet toħroġ mal-missier u kellhom t-tarbija tagħhom, meta kellha biss sbatax-il sena. Kienet marret tgħix mas-sieħeb għand il-ġenituri tiegħu fejn kienu rranġaw isfel għall-bżonnijiet tagħhom. Tgħid li matul ir-relazzjoni tagħhom, is-sieħeb tagħha kellu diversi tfajliet oħra u meta kienet tikkonfrontah, kien isir vjolenti magħha. Kienet tieħu ħsieb tlesti l-bżonnijiet kollha tal-minuri qabel l-iskola u kien ikun in-nannu patern li kien iwasslu l-iskola.  Dakinhar li telqet mir-residenza tas-sieħeb, kien inqala’ argument fuq l-aħħar tfajla li kellu rapporti magħha  u kien refa’ jdejh fuqha. Kienet fetħet proċeduri kriminali fil-konfront tiegħu u b’riżultat inħarġet Ordni ta’ Protezzjoni biex is-sieħeb tagħha ma jersaqx lejha. Minkejja dan, hu xorta kien jistedinha biex tiltaqa’ miegħu. Kien hemm anke darba fejn ġabret lit-tifel mill-aċċess u hu daħal nofsu fil-vettura tagħha u beda jmissha kontra r-rieda tagħha.

L-artiklu jkompli…

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport