Saturday, December 28, 2024

Piloti tal-ajru jilmentaw minn kundizzjonijiet tax-xogħol

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

L-Assoċjazzjoni tal-Piloti tal-Ajru (ALPA) qed tilmenta mill-kundizzjonijiet tax-xogħol li ngħataw bdoti li tkeċċew mill-Airmalta u li issa ġew impjegati mal-Malta Med Air li hija mmexxija mill-Gvern.

Hija esprimiet it-tħassib tagħha fi protest ġudizzjarju li ippreżentat fil-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili kontra l-Prim Ministru, il-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar; il-Ministru għat-Turiżmu u Protezzjoni tal-Konsumatur; il-Malta Air Travel Limited li tmexxi l-Malta Med Air u l-Airmalta.

L-ALPA lmentat li l-impjieg ta’ dawn il-piloti qed isir minn Brookfield Aviation International Limited, kumpanija reġistrata r-Renju Unit, meta l-ħaddiema għandha bżonnhom il-Malta Med Air.

Hija sostniet li l-piloti qed jiġu offruti impjiegi bħala self-employed għal perjodu ta’ sitt xhur u allegat li dan qed isir biex ma jingħatawx benefiċċji bħal-‘leave’, ‘sick leave’ u ‘maternity leave’.

L-ALPA talbet lill-Gvern biex jonora l-obbligi kuntrattwali li kien iffirmat mill-eks-Ministru tat-Turiżmu Konrad Mizzi fis-26 ta’ Jannar 2018 u li jiskadi fl-2022.

Hija wissietu li lesta tieħu aktar azzjonijiet jekk jonqos milli jirrispetta l-kuntratti tal-membri tagħha.

Ekonomija

Sport