Monday, September 23, 2024

Piotr Zielinski mistenni jġedded ma’ Napoli

Aqra wkoll

Il-plejer ta’ nofs il-grawnd Pollakk Piotr Zielinski jinsab ferm viċin li jġedded il-kuntratt tiegħu ma’ Napoli. B’hekk l-istess Partenopei warrbu t-tentattiv ta’ Lazio li wkoll xtaqu jiksbu s-servizzi ta’ dan il-plejer.

Sadanittant id-diretturi Naplitani qed jipproponu kuntratt ta’ tliet snin għal Zielinski bil-probabbilta’ hu li jaċċetta din il-proposta minħabba li jinsab għal qalbu jilgħab fi Stadio San Paolo.

Zielinski għandu 29 sena u ilu ma’ Napoli sa mis-sena 2016 fejn lagħab 253 partita u skorja 34 gowl.

Sport