Saturday, December 28, 2024

Pique jispjega għalfejn irtira mill-futbol

Aqra wkoll

L-eks difensur ta’ Barcelona Gerard Pique spjega d-deċiżjoni tiegħu li jirtira mil-logħba tal-futbol.

Pique qal li qabel ma’ beda l-istaġun tkellem mal-kowċ tal-Katalani Xavi fejn dan tal-aħħar qallu li kien se jkun diffiċli għalih li jżomm postu mal-ewwel 11 tat-tim. Kien għalhekk li beda jtella’ u jniżżel meta għandu jkun il-mument li jdendel iż-żarbun tal-futbol darba għal dejjem.

Peress li Barcellona kellhom xi plejers imweġġgħin f’dawn l-aħħar ġimgħat, Pique tawwal din id-deċiżjoni tiegħu għal iktar tard sakemm wasal il-mument li jagħmel dan il-ġimgħa l-oħra.

Pique temm jgħid li issa se jibda kapitlu ġdid fil-karriera tiegħu barra l-futbol.

Ekonomija

Sport