Tuesday, July 14, 2026
Home Sport Pirlo f’riskju li jitneħħa minn kowċ ta’ Sampdoria

Pirlo f’riskju li jitneħħa minn kowċ ta’ Sampdoria

0
117

Bosta ġurnali Taljani qed jgħidu li Andrea Pirlo jinsab ferm viċin li jitneħħa minn kowċ ta’ Sampdoria. Dawn tal-aħħar għadhom qed jilagħbu fis-serie B Taljana u ġejjin minn telfa ta’ 3-2 kontra Salernitana, f’logħba fejn huma kellhom diversi żbalji.

Il-klassifika tad-Doriani xejn m’hu waħda sabiħa hekk kif minn tliet logħbiet huma kisbu punt wieħed biss u dabbru żewġ telfiet.

Fi tmiem il-ġimgħa li ġej, Sampdoria jilagħbu kontra Bari u jekk ma jkunx hemm riżultat pożittiv, Pirlo jkun l-ewwel kowċ Taljan li jitneħħa mill-kariga.