Piscopo’s Cash and Carry jixtieq jassigura lil kulħadd li ma għandhom l-ebda każ ta’ coronavirus fl-istabbiliment tagħhom f’San Pawl il-Baħar.
F’kitba fuq il-paġna tagħhom ta’ facebook ntqal li jinsabu miftuħin u qed jieħdu l-prekawzjonijiet kollha biex jipproteġu kemm lill-klijenti kif ukoll lill-ħaddiema.
Filwaqt li appellaw biex dawk kollha li jattendu fil-ħwienet tagħhom jirrispettaw l-iġene u jaħslu jdejhom qabel jidħlu, fakkru li huma jwasslu xirjiet lil dawk meqjusin bħala vulnerabbli.