Saturday, December 21, 2024

Pjani għal bastiment ġdid biex ikunu salvati l-immigranti

Aqra wkoll

Wara li fl-aħħar jiem reġgħet bdiet tintuża ir-rotta migratorja fiċ-ċentru tal-Mediterran, vjaġġi li wasslu biex f’temp ta’ tlett ijiem mietu aktar minn mitt persuna, diversi għaqdiet non governattivi qed jaħsbu biex iżidu l-isforzi tagħhom f’dak li huma salvataġġi fil-Mediterran. Filfatt, l-organizazzjoni Sea Eye,  bdiet taħdem fuq pjani biex iżżid bastiment ieħor bl-għan li tkun tista’ twettaq aktar salvataġġi fil-Mediterran.

Il-bastiment Sea Eye 4 bħalissa jinsab f’port fit-tramuntana tal-Ġermanja. Dan mistenni jerġa’ jibda jopera fi żmien qasir. 

“Għandna bżonn aktar bastimenti ta’ salvataġġ”, iddikjara Gorden Isler. Irid jingħad li bħalissa il-bastiment Alan Kurdi, proprjetà ta’ Sea Eye jinsab miżmum f’port Taljan u dan minħabba li l-awtoriajiet Taljani żammewh milli jbaħħar fuq dawk li huma qalu li kienu ‘irregolaritajiet tekniċi’.

Ekonomija

Sport