Saturday, December 21, 2024

PL: Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li jagħmel miċ-Ċentru Nazzjonali Laburista post ODZ

Aqra wkoll

Hekk kif dalgħodu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista indirizza lill-ġurnalisti minn ġewwa Marsaxlokk, meta ġie mistoqsi dwar wegħdi tiegħu fuq ODZ, Grech qal li se jaqbad iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista u jagħmlu ODZ.

Mistoqsi mill-ġurnalist jekk għandhomx art identifikata u liema se tkun l-ewwel art li se jibdew biha, Grech qal li se jibdew mill-Kwartieri tal-Labour. 

B’reazzjoni għal dan, il-Partit Laburista qal li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech huwa l-wiċċ tal-passat.

“Għax maqbud fuq sieq waħda ma jafx is-suppost wegħdi tiegħu, il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li jagħmel miċ-Ċentru Nazzjonali Laburista post ODZ,” qal il-PL.

Il-Partit Laburista qal li hekk jagħmel min hu arroganti, jaħseb li jista’ jattakka u jelimina lil min ma jaqbilx miegħu. 

Ekonomija

Sport