Friday, December 27, 2024

Player jirtira mill-football biex isalva lil ommu wara li kienet ilha 13-il sena marida

Aqra wkoll

Il-player ta’ HNK Cibalia Vinkovci li jilgħab fit-Tieni Diviżjoni Kroata – Robert Peric-Komsic – irtira mill-football fl-etá ta’ 23 sena biex isalva lil ommu wara li net qed tbati minn marda serja:

“Ommi tatni ħajjitha … u jien estendejtielha. Il-missjoni tiegħi kienet ċara, li nfejjaqha. L-affarijiet l-oħra kienu kompletament irrilevanti.”

Bejn il-ħolma li jkompli l-karriera tiegħu fil-football u l-imħabba lejn ommu, ma kellu l-ebda dubju. 

Robert ħalla l-football biex isalva l-ħajja ta’ ommu. Huwa taha 70% tal-fwied tiegħu mingħajr ebda eżitazzjoni. Ljiljana, omm Robert, kienet qed tbati minn marda serja li kienet ‘ikkonsmatilha’ l-fwied. 

Kienet ilha 13-il sena f’din il-kundizzjoni tfittex donatur li jista’ jsalvaha iżda kull tentattiv falla.

L-ebda donaturi, anki fost il-membri tal-familja, ma kienu kompatibbli … kollha ħlief wieħed … dak ta’ binha Robert.

Meta sar jaf li l-għażliet tiegħu biex isalva ommu kienu l-uniku ċans li kellha, Robert ma ħasibhiex darbtejn u mmedjatament temm il-karriera tal-football.

Naturalment, huwa kien konxju ta’ dan kollu.

It-tobba kienu spjegawlu li ma setax jerġa’ jibda l-karriera tiegħu bħala football professjonali. Madankollu, Robert sarlu intervent kirurġiku, f’Marzu li għadda, fi klinika f’Istanbul, li matulha tneħħa 70% tal-fwied tiegħu. 

L-operazzjoni kienet irnexxiet: “Ommi tatni ħajjitha … u jien estendejtielha. Il-missjoni tiegħi kienet ċara, li nfejjaqha. L-affarijiet l-oħra kienu kompletament irrilevanti.” Dawn kienu l-ewwel kliem tiegħu wara l-operazzjoni.

Ommu kienet qrib il-mewt. L-istonku tagħha kien qed jimtela bl-ilma u kienet kwistjoni ta’ jiem. Meta ma kellhiex għażliet oħra, Robert immedjatament mar Istanbul biex issirlu l-operazzjoni. 

Minn dak iż-żmien issa għaddew kważi ħames xhur … l-omm u bihna – Ljiljana u Robert Peric-Komsic – reġgħu lura għan-normalitá u qed jgħixu ħajja trankwilla. 

«It-testijiet kollha huma normali, il-fwied huwa kważi kompletament riġenerat. Jien eroj? Jien għamilt dak li kien jagħmel xi ħadd. 

“Sempliċiment kuntent ħafna għal ommi li reġgħet ħadet saħħitha wara 13-il sena tissielet ma’ saħħitha. Ħadd mid-donaturi ma seta’ jsalvalha ħajjitha. 

“Ir-riskju kien enormi u ż-żmien ta’ ommi kien qed jintemm bil-mod. Issa hija qed tmur għat-terapija iżda dan m’hu xejn ġdid għaliha, peress li ilha snin taħt it-terapija. Il-valuri kollha tiegħi huma normali,” temm jgħid Robert. 

Huwa reġa’ lura għat-taħriġ peró ma baqax player professjonali … iżda żgur li skorja l-aqwa goal ta’ ħajtu. 

Ekonomija

Sport