Thursday, December 26, 2024

Player Olandiż ikkundannat sitt snin ħabs

Aqra wkoll

L-attakkant internazzjonali Olandiż, Quincy Promes, ġie kkundannat fuq akkużi ta’ traffikar ta’ kokaina mill-Qorti Distrettwali ta’ Amsterdam nhar l-Erbgħa. Il-Qorti kkundannatu sitt snin ħabs. Is-sieħeb tiegħu, Marylio V., instab ħati wkoll tal-istess akkużi, kif ukoll ta’ ħasil ta’ flus. V. ingħata wkoll sitt snin ħabs.

Promes u V. kellhom “irwol kruċjali, ta ‘direzzjoni u koordinazzjoni,” fil-kuntrabandu tal-kokaina, sostnew il-prosekuturi. Huma ġew akkużati li organizzaw il-kunsinna ta’ żewġ pakketti ta’ kokaina, b’piż kombinat ta’ aktar minn 1,350 kilogramma.

Il-qorti speċifikament ikkundannat lil Promes talli għex ħajja xxellerata bil-ġid u pprova jżid il-prestiġju tiegħu billi qarraq u għamel flus żejda permezz ta’ reati serji. Skont il-qorti, l-imġieba tiegħu kienet ta’ ħsara kbira għax bħala footballer professjonali, Promes huwa mudell għal ħafna.

Il-qorti rat biżżejjed evidenza li Promes kellu rwol importanti fit-traffikar ta’ żewġ vjaġġi ta’ kokaina kmieni fl-2020.

L-evidenza kontrih kienet tinkludi messaġġi fuq is-servizz ta’ messaġġi kriptati Sky ECC, fejn Promes, bl-użu tal-isem “Fantasma,” iddiskuta ħlasijiet lejn il-port ta’ Antwerp biex jirkupra l-kokaina minn kontenituri.

Ekonomija

Sport