Tuesday, May 14, 2024

Players ta’ Manchester United iridu lil Cristiano Ronaldo jħalli l-club

Aqra wkoll

It-talba ta’ Cristiano Ronaldo biex iħalli lil Manchester United intlaqgħet b’sodisfazzjon kbir minn bosta players għax jemmnu li l-attakkant Portugiż sar il-“brimba” fid-dressing room.

F’Lulju li għadda, dan il-player ta’ 37 sena  talab biex jitlaq minn Old Trafford, minħabba li huwa sostna li jrid jilgħab fil-kompetizzjoni tal-UEFA Champions League.

Ronaldo skorja 24 darba fi 38 partita fl-istaġun li għadda iżda ma tantx kien daqstant determinanti (bħas-snin preċedenti) wara l-wasla tiegħu mingħand Juventus.

Sport