Saturday, December 28, 2024

PN: Is-self employed m’għandhomx jitħallew waħedhom quddiem id-diffikultajiet ġodda li qed jaffaċċjaw

Aqra wkoll

Il-kelliem tal-Oppożizzjoni, Edwin Vassallo qal li l-Gvern għandu jippjana fit-tul biex jgħin u ma jħallix waħedhom ammont kbir ta’ self employed li jaħdmu għal rashom u/jew għandhom impjegati jaħdmu magħhom u li bil-miżuri li ġew imħabbra se jaraw u jkollhom in-negozji tagħhom magħluqa.

Hu qal li hekk kif in-numri tal-każi tal-COVID 19 kulma jmur qed jikber, is-self employed kemm jekk jaħdmu għal rashom jew jimpjegaw lill-ħaddiema qed jaraw id-dħul tagħhom jonqos. Sostna li wħud baqgħu għaddejjin bil-vouchers iżda issa qiegħda tidher li s-saħħa tal-flus qed tonqos, filwaqt li l-kuraġġ tal-infiq qed jispiċċa ristrett biss għal dawk l-affarijiet u s-servizzi essenzjali.

Quddiem din r-realtà fejn il-begħ qed jonqos, Vassallo qal li l-Gvern jeħtieġ joffri l-għajnuna biex ikun jista’ jgħin lis-self employed milquta jibqgħu jittamaw li mhux se jitilfu dak li investew fih. Sostna li l-preżent hu diffiċli, il-ġejjieni hu inċert u għalhekk il-Gvern hu fid-dmir li jgħin biex wara din l-imxija s-self employed jibqgħu jaħdmu u joħolqu x-xogħol.

Ekonomija

Sport