Monday, May 13, 2024

Residenti Marsin inkwetati minħabba aġir perikoluż ta’ Somalu fil-lokalità

Aqra wkoll

Residenti Marsin jinsabu inkwetati wara li aktar kmieni llum raġel Somalu allegatament daħal f’ħanut u beda jitlob l-affarijiet b’xejn, filwaqt li beda jhedded u joffendi lin-nies. 

Ta’ min wieħed jgħid li din ma kinitx l-ewwel darba li dan ir-raġel sarulu rapporti kontrih fuq reati oħra, fosthom ta’ tkissir ta’ proprjetà pubblika, theddid u anke li jinża għarwien fil-pubbliku. 

Sorsi li tkellmu ma’ inewsmalta qalulna li din il-persuna mhix f’kundizzjoni ta’ saħħa mentali tajba, tant li kien anke rikoverat kemm-il darba fl-Isptar Monte Carmeli. Madankollu, hu mifhum li wara li jiġi rilaxxat mill-isptar, dejjem jerġa’ jmur lura f’din il-lokalità u allegatament jagħmel reati oħra.

Jidher li s-Somalu għal xi ħin ġie mitkellem fl-Għassa tal-Marsa. Għalkemm is-Somalu ma ġiex arrestat, il-Pulizija kkonfermat ma’ inewsmalta li se tkun qiegħda toħroġ xi akkużi kontra dan is-Somalu fuq theddid u li kiser il-paċi pubblika. Il-Pulizija talbet ukoll l-assistenza ta’ professjonisti mediċi.

Sport