Fr. Raimund Beisteiner jmut waqt quddiesa l-Ħadd li għadda
Il-Knisja Kattolika sellmet il-memorja ta’ Fr. Raimund Beisteiner li nhar il-Ħadd li għadda waqa’ u miet hekk kif poġġa lura s-Sagrament fit-Tabernaklu.
Il-każ seħħ f’Wiesmath fl-Awstrija.
Minkejja li n-nies li kienu qegħdin jattendu għal quddiesa bdew jagħtu l-Ewwel Għajnuna lis-saċerdot hu ġie ċċertifikat mejjet hekk kif wasal tim mediku.

