Sunday, December 22, 2024

“Politika ambizzjuża li teħtieġ preparamenti biex kemm jista’ jkun ikunu n-negozji Maltin li jibbenefikaw minnha”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Minn naħa tagħha l-Kap Eżekuttiv tal-Kamra Maltija għall-Intrapriżi Żgħar u Medji Abigail Mamo qalitilna li proġetti simili li jkunu jistgħu jużaw riżorsa importanti bħalma huwa l-baħar jistgħu jkunu ta’ opportunità ġdida f’dan is-suq li s’issa huwa limitat f’pajjiżna. Mamo żied tgħid li jaraw din il-politika bħala xi ħaġa pożittiva bi pjanijiet li huma ambizzjużi li huma interessanti u li joffru lok ta’ riċerka opportunitajiet oħra biex ċertu setturi importanti f’pajjiżna jkunu jistgħu jkomplu jikbru.

“Xogħolna huwa li nipparteċipaw bis-sħiħ biex naraw li n-negozji Maltin – li nafu li ħafna minnhom mhumiex negozji kbar – ikunu parteċipi bis-sħiħ f’dawn il-proġetti”, elaborat Mamo filwaqt li qalet li jeħtieġ li jevitaw li jinħarġu sejħiet b’mod li jkunu kumpaniji kbar ħafna barra minn pajjiżna jkunu jistgħu jipparteċipaw.

Sostniet li hemm bżonn li n-negozji Maltin jingħaqdu flimkien fuq livell ta’ preparament għax għalkemm huwa tajjeb li jkollna dawn is-sorsi tal-enerġija rinovabbli, huwa ħafna aħjar li dawn l-opportunitajiet l-ewwel u qabel kollox jibbenefika minnhom in-negozju Malti għax in-negozju Malti jinvesti lokalment u dak ikun fl-aħjar interess għal kulħadd.

Ekonomija

Sport