Tuesday, December 24, 2024

Pollakk jinstab fil-pussess ta’ lembuba u mus waqt spezzjonijiet tat-traffiku

Aqra wkoll

Spezzjonijiet li saru lbieraħ mill-forzi tas-sigurta fix-Xewkija Għawdex, wasslu biex għadd ta’ persuni ġew imħarrka minħabba ksur tar-regolamenti tat-traffiku. Waqt l-istess spezzjonijiet, il-Pulizija sabet fil-pussess ta’ sewwieq Pollakk ta’ 30 sena, lembuba, pepper spray u mus. L-affarijiet ġew ikkonfiskati mill-Pulizija u l-persuna involuta se tittella’ l-qorti.

Din il-ħidma saret flimkien bejn diversi sezzjonijiet tal-Pulizija, l-uffiċjali ta’ Transport Malta u l-Forzi Armati ta’ Malta bħala parti mill-ħidma kontinwa fejn tidħol is-sigurtà fit-toroq.

Fil-proċess ta’ dawn il-kontrolli twaqqfu diversi vetturi u tħarku diversi persuni fuq ksur tar-regolamenti tat-traffiku li jinkludu sewqan mingħajr liċenzja, sewqan ta’ vettura mingħajr liċenzja tat-triq u polza tal-assigurazzjoni valida, sewqan mingħajr ilbies taċ-ċintorin tas-sigurtà u dwal mhux skond il-liġi fost oħrajn.

Matul l-ispezzjonijiet il-Pulizija sabu wkoll 10 persuni li kienu qed jgħixu fil-pajjiż b’mod irregolari. Dawn il-persuni ttieħdu f’Ċentru ta’ Detenzjoni fejn beda l-proċess sabiex ma jibqgħux fil-pajjiż.

Ekonomija

Sport