Tuesday, May 14, 2024

Federico Chiesa jirritorna fl-azzjoni wara nuqqas ta’ 10 xhur

Aqra wkoll

L-attakkant ta’ Juventus, Federico Chiesa, irritorna fl-azzjoni wara nuqqas ta’ 10 xhur.

Huwa ġie ntrodott fit-tieni taqsima tat-telfa ta’ 2-1 kontra Paris St Germain, liema partita kienet valida mill-Fażi tal-Gruppi tal-UEFA Champions League.

L-internazzjonali Taljan ilu nieqes mill-10 ta’ Jannar minħabba injury gravi fl-irkoppa li kien sofra fir-rebħa ta’ 4-3 kontra Roma fi Stadio Olimpico.

Fil-partita kontra l-Pariġini, Chiesa daħal bħala sostitut fl-74 minuta fil-post ta’ Fabio Miretti … hekk kif intlaqa’ b’ovazzjoni tremenda.

L-involviment tiegħu fil-partita kien b’xi mod sorprendenti hekk kif Massimiliano Allegri kien sostna nhar it-Tlieta li l-istilla tal-eks Fiorentina kien għadu mhux lest biex jilgħab minħabba li dam erbat ijiem biex jirkupra wara logħba ta’ ħbiberija li ntlagħbet il-Ħamis il-ġimgħa li għaddiet.

L-internazzjonali Taljan skorja 18-il goal f’61 partita għal Juventus wara li ngħaqad magħhom mingħand Fiorentina, f’Ottubru 2020.

Sport