Fl-aħħar logħba mir-raba’ round tal-FA Cup li saret tard nhar it-tnejn filgħaxija, Wesh Ham għelbu lil Derby County 2-0 fi Pride Park b’goal f’kull taqsima biex fil-ħames round se jiltaqgħu jiltaqgħu kontra Manchester United f’Old Trafford.
Kien Jarrod Bowen li poġġa lill-Hammers minn fuq fit-12-il minuta wara assist taċ-Ċek, Jan Soucek, waqt li Mihail Antonio ssiġilla r-rebħa fil-50 minuta meta sab ix-xibka b’daqqa ta’ ras.
Qabel il-logħba ġew imtellgħin il-poloz tal-ħames round li minħabba t-Tazza tad-Dinja se jintlagħbu fost il-ġimgħa mingħajr ma jsiru replays.
Fil-polza għad fadal disa’ timijiet tal-Premier League biċ-champions Manchester City imorru għand Bristol City taċ-Championship.
Il-poloz kollha rriżultaw hekk:
Southampton v Luton jew Grimsby Town
Leicester City v Blackburn R. jew Birmingham C.
Stoke City v Brighton
Wrexham jew Sheffield United v Tottenham
Fulham jew Sunderland v Leeds United
Bristol City v Manchester City
Manchester United v West Ham United
Ipswich jew Burnley v Sheffield W. jew Fleetwood T.
Jintlagħbu f’nofs il-ġimgħa li tibda 27 ta’ Frar.