Saturday, September 7, 2024

Poloz tal-FA Trophy: Il-holders Birkirkara kontra Attard

Aqra wkoll

Meta ttellgħu l-poloz tar-round tal-Aħħar 32 tal-Izibet FA Trophy, il-holders Birkirkara se jaffrontaw lit-team miċ-Challenge League, Attard. 

Il-poloz saret mid-Direttur tal-Operazzjonijiet tal-Football, tal-Malta FA, Stephen Azzopardi, Franco Degabriele minn IZIBET u l-eks goalkeeper internazzjonali Malti, Justin Haber.

L-aqwa sitt timijiet fil-Premier League fl-istaġun li għadda kienu seeded. Dawn huma Hamrun S., Birkirkara, Gzira U., Mosta, Hibernians u Balzan

It-32 partita huma skedati għat-12 u l-14 ta’ Jannar.

Ir-round tal-Aħħar 14 se jintlagħab bejn is-6 u t-8 ta’ Frar; il-kwarti-finali bejn it-30 ta’ Marzu u l-1 ta’ April; is-semi-finali bejn il-11 u t-12 ta’ Marzu u l-finali tintlagħab fit-18 ta’ Mejju. 

Il-poloz tal-Aħħar 32 ittellgħu hekk: 

Birkirkara v Attard

Nadur Youngsters v Sirens

Gzira United v Fgura United

Hibernians v Qala Saints

Floriana v Naxxar Lions

Zabbar St. Patrick v Zebbug Rangers

Sliema Wanderers v Marsaskala

Balzan v Zurrieq

Marsaxlokk v Zejtun Corinthians

Luqa St. Andrew’s v Swieqi United

Hamrun Spartans v Lija Athletic

Xewkija Tigers v Gudja United

Mosta v Pieta’ Hotspurs

Valletta v Ghajnsielem

Sta Lucia v Marsa

Msida St. Joseph v Mgarr United

Il-poloz tal-Aħħar 16 huma: 

Birkirkara/Attard v Nadur Y./Sirens

Gzira U./Fgura U. v Hibernians/Qala

Floriana/Naxxar L. v Zabbar SP/Zebbug R.

Sliema W./Marsaskala v Balzan/Zurrieq

Marsaxlokk/Zejtun C. v Luqa SA/Swieqi U.

Hamrun S./Lija v Xewkija T./Gudja U.

Mosta/Pietá H. v Valletta/Ghajnsielem

Sta Lucia /Marsa v Msida SJ/Mgarr U.

Ekonomija

Sport