Monday, May 13, 2024

L-etika ekoloġika tas-siġar tal-Milied 

Aqra wkoll

L-artijiet remoti tal-Burgundy fi Franza jipproduċu aktar minn miljun sigar taż-żnuber għas-suq kull sena, li jagħmlu lir-reġjun l-ogħla produttur ta’ Franza. Iżda għal kull lokal li huwa kuntent bil-flus li n-negozju tas-siġar tal-Miilied jiġġenera u l-impjiegi li jinħolqu, hemm lokal ieħor li jiddispjaċih mill-impatt tagħhom fuq l-ambjent naturali.

F’dan ir-reġjun, bħal bnadi oħra, persentaġġ żgħir biss tal-pjantaġġuni tas-siġar tal-Milied huma mmexxija fuq linji organiċi. Il-maġġoranza l-kbira jiddependu fuq trattamenti kimiċi.

U jekk verament qed isiru sforzi biex jitnaqqas l-użu tal-erbiċidi u l-pestiċidi, ħadd ma jikkontesta serjament l-effetti negattivi tagħhom. Il-produzzjoni tas-siġar tal-Milied, minħabba l-użu ta erbiċidi kimiċi, jista’ jkollha impatt ċnegattiv fuq ir-riżorsi tal-ilma. 

Hu propju għalhekk li qed tittieħed azzjoni biex l-impatt ta’ din l-attività jitnaqqas għal massimu, u ssir kompatibbli ma’ ilma ta’ kwalità għolja.

Għalqa li darba kienet tintuża għall-mergħa tal-bhejjem issa fiha madwar 20,000 pjanti tas-siiġar, imħawla.

Madwar il-perimetru ta barra, il-ħażin jikber b’mod abbundanti, iżda taħt is-siġar zgħar m’hemm xejn ħlief art mogħxa u xi waqtiet ta’ veġetazzjoni mejta.

Dan huwa kollu effett tal-erbiċidi, li jintużaw biex inaqqsu l-kompetizzjoni minn kwalunkwe pjanta li tista’ toffri kompetizzjoni lis-siġar tal-Milied.

Hemm ukoll il-pestiċidi għall-insetti u l-fungiċidi għall-parassiti. Hija monokultura li toqtol il-bijodiversità u tgħaddi kimiċi ħżiena fix-xmajjar tagħna.

Mhux biss dawk li jagħmlu kampanji ambjentali li qed jiddubitaw l-etika tas-siġar tal-Milied. Il-konsumaturi Franċiżi huma wkoll dejjem aktar kurjużi dwar il-provenjenza tan-Nordmanns u l-Epiceas tagħhom.

L-istess konsumaturi qed iqisuha bħala irresponsabbilta li miljuni ta’ siġar jinqatgħu biex dawn jinżammu fis-salott għal forsi ħmistax-il jum fil-festi tal-Milied.

Xi wħud qalu li huma ma baqgħux jixtru minn dawn is-siġar tal-Milied.  Filwaqt li rrikonoxxew l-impatt ambjentali tal-pjantaġġuni, staqsew jekk l-importazzjoni ta siġra tal-plastik miċ-Ċna kinitx verament alternattiva aħjar.

Sport