Saturday, May 4, 2024

Grupp ta’ studenti jferrħu lit-tfal morda f’Mater Dei u lix-xjuħ fid-djar tal-anzjani

Aqra wkoll

Iż-żmien tal-Milied nassoċjawh ma’ żmien ta’ ferħ u kuntentizza. Però, għal xi wħud dan iż-żmien jista’ jkun wieħed diffiċli.

Kien għalhekk li l-istudenti tal-kulleġġ San Mikiel iddeċidew li ftit tal-jiem qabel il-Milied, imorru jferrħu lit-tfal li jinsabu morda fl-Isptar Mater Dei. Huma kantaw u żifnu diversi diski tal-Milied.

Intant, huma żaru wkoll żewġt id-djar tax-xjuħ. F’kitba fuq Facebook, il-paġna tal-iskola, qalet li dan ma kienx ikun possibli mingħajr l-għalliema Faye u l-ġenituri ta’ dawn l-istudenti.

Sport