Thursday, March 28, 2024

Ponte Ferries tkompli topera s-servizz bejn Malta u Sqallija

Aqra wkoll

Il-kumpanija Ponte Ferries ħabbret li qed topera servizz alternattiv effiċjenti lejn Sqallija u se topera bejn il-moll ta’ Xatt l-Inbid fil-Belt Valletta u l-Port ta’ Augusta. 

Ponte Ferries se tkun qed toffri dan is-servizz ta’ fast ferry bil-katamaran bejn iż-żewġ gżejjer bil-booking jinsab miftuħ għal Katanja, Taormina u Sirakuża.

Kelliem tal-kumpanija qal li kienu qed jistennew bil-ħerqa li jerġa’ jitkompla s-servizz b’effett immedjat u filwaqt li rringrazzja lill-partijiet kollha involuti għall-appoġġ u l-kooperazzjoni kontinwi tagħhom, ħabbar li l-kumpanija qed taċċetta bookings għax-xhur ta’ Mejju u Ġunju, filwaqt li dawk għal Lulju sa Settembru se jkunu disponibbli fl-aħħar ta’ Mejju.

Matul Mejju u Ġunju Ponte Ferries se tkun qed jopera erba’ darbiet fil-ġimgħa – it-Tnejn, l-Erbgħa, il-Ġimgħa u l-Ħadd – għalkemm l-itinerarju se jkun flessibbli biex jilqa’ għal dawk li jixtiequ jaqbdu l-vaganzi pubbliċi.

Pointe Ferries se tkun qed toffri prezzijiet kompetittivi filwaqt li se tibqa’ ffukata biex toffri għażla alternattiva għal trasportaturi u viżitaturi għal Sqallija.

Mill-1 ta’ Lulju, il-katamaran se jkun qed jagħmel shuttle bejn iż-żewġ gżejjer fuq bażi ta’ kuljum biex jilqa’ għad-domanda antiċipata tax-xhur tas-sajf.

Għal aktar informazzjoni, bejgħ ta’ biljetti u skeda, wieħed jista’ jżur is-sit www.ponteferries.com, iċempel fuq 2799 8989, jew jibgħat e-mail lil [email protected].

Ekonomija

Sport