Porto huma r-rebbieħa tat-Tazza Portugiża wara li fil-finali għelbu lil Braga bl-iskor ta’ 2-0 f’logħba ferm goffa u mimlija karti sofor u ħomor.
Wara li tilfu l-kampjonat, it-tim immexxi minn Sergio Conceicao kien determinat li ma joħroġx b’idu vojta u skorjaw il-gowls deċiżivi wara awtogowl ta’ Andre Horta u gowl sabiħ ta’ Octavio.
Iż-żewġ naħat spiċċaw b’għaxra min-nies wara karta ħamra diretta għal Sikou Niakate (Braga) u Wendell (Porto).