Friday, April 26, 2024

Real Madrid iridu jiffirmaw lil Fran Garcia 

Aqra wkoll

Real Madrid jinsabu ferm viċin li jiksbu s-servizzi tad-difensur xellugi Fran Garcia. Dan tal-aħħar għandu 23 sena u bħalissa jilgħab ma’ Rayo Vallecano. Hu ilu magħhom sa mis-sena 2021 u skorja tliet gowls f’71 partita. 

Los Merengues huma ċerti li Garcia għandu jkun dak il-plejer li jkun parti mid-difiża ta’ Real Madrid għall-istaġun li ġej.  

Fil-verita’ hu kien diġa’ jifforma parti mill-iskwadra Madrilena bejn l-2018 u l-2020 iżda qatt ma ngħata ċ-ċans li jilgħab.  

Sport