Wednesday, April 24, 2024

French Open: Holger Rune kellu jitħabat

Aqra wkoll

Id-Daniż seed numru 7, Holger Rune, kellu jitħabat biex għadda għall-kwarti-finali tal-French Open li qed isir f’Roland Garros meta għeleb lill-Arġentin Francisco Cerundolo fi 3 sigħat u 59 minuta.

Kien Rune li rebaħ l-ewwel set b’tiebreak bl-iskor isir 2-2 wara li kull player alterna set kull wieħed u finalment fit-tieni tiebreak kien Rune li baqa’ għaddej meta rebaħha 10-7.

Is-seed numru 4, Casper Ruud, għadda minn prova diffiċli kontra Nicolas Jarry li jinsab fil-forma biex għadda għall-kwarti-finali.

Ruud, finalista f’Roland Garros fl-2022, kien imbuttat bil-qawwi miċ-Ċilen mhux issidjat f’logħba li damet tliet sigħat u 22 minuta. Iżda n-Norveġiż ta’ 24 sena rebaħ il-punti ewlenin fil-mumenti ewlenin biex rebaħ f’sets dritti, 7-6 (7-3) 7-5 7-5.

Jarry qatt ma kien rebaħ partita f’Roland Garros qabel din is-sena, u sofra tliet telfiet fl-ewwel round, iżda s-Sud Amerikan, twil 6 piedi u 6 pulzieri, wera li hu ostaklu ferm aktar diffiċli għal Ruud milli jissuġġerixxi r-riżultat finali.

Player ieħor li kompla għaddej kien il-Grieg seed numru 5, Stefanos Tsitsipas li kiseb rebħa fi tliet sets ta’ 7-5 6-3 6-0 fuq l-Awstrijak Sebastian Ofner.

It-Tuneżina Ons Jabeur għaddiet mal-aħħar tmienja għall-ewwel darba f’Pariġi b’rebħa 6-3 6-1 fuq l-Amerikana Bernarda Pera.

Jabeur lagħbet fil-finali ta’ Wimbledon u tal-US Open fl-2022 iżda tilfet fl-ewwel round f’Roland Garros is-sena l-oħra. Issa hija waslet sal-kwarti-finali fl-erba’ avvenimenti tal-Grand Slam.

Jabeur issa se tiltaqa’ mal-14-il seed, il-Brażiljana Beatriz Haddad Maia wara li din eliminat lill-Ispanjola, Sara Sorribes Tormo.

Jabeur ġiet imkissra hija stess tliet darbiet fl-ewwel set u fil-bidu tat-tieni, iżda ġriet matul l-aħħar sitt games fejn issiġillat r-rebħa fi 63 minuta.

L-Amerikana Coco Gauff ħadet siegħa u 31 minuta biex qatgħet il-passaġġ għall-aħħar tmienja meta għelbet lis-Slovakka, Anna Karolina Schmiedlova 7-5 6-2.

F’logħbiet oħra r-Russa Anastasia Pavlyuchenkova eliminat lill-Belġjana Elise Mertens fi tliet sets wara li tilfet l-ewwel wieħed, bil-punteġġ ta’ 3-6 7-6 (7-3) 6-3.

Ir-Russa Aryna Sabalenko warrbet lill-Amerikana Sloane Stephens 7-6 (7-5) 6-4, biċ-Ċeka Karolina Muchova tegħleb lir-Russa Elina Avanesyan 6-4 6-3 u l-Ukrena Elina Svitolina lir-Russa l-oħra, Daria Kasatkina, 6-4 7-6 (7-5).

Sport