Friday, April 26, 2024

Paolo Maldini jitkeċċa minn Milan

Aqra wkoll

Paolo Maldini u Ricky Massara tkeċċew minn Milan wara laqgħa tensa mas-sid Gerry Cardinale.

Il-laqgħa kienet maħsuba biex tistabbilixxi l-istrateġija għall-istaġun li jmiss, li iżda marret ħażin ħafna, partikolarment bejn Maldini u s-sid ta’ RedBird, Cardinale.

Dawn it-tkeċċijiet ifissru trasformazzjoni totali tal-istruttura fil-quċċata tal-club, fejn Maldini u Massara kienu inkarigati mit-trasferimenti u n-negozjar tal-kuntratti.

Din kienet parti minn ġlieda għall-poter mal-Kap Eżekuttiv Giorgio Furlani, li ħa rwol aktar ċentrali fl-aħħar stadji tal-estensjoni tal-kuntratt ta’ Rafael Leao.

Din it-tkeċċija ġabet magħha rabja kbira mill-partitarji ta’ Milan, hekk kif Maldini ilu fil-club għall-karriera kollha tiegħu, l-ewwel bħala player u mbagħad direttur mill-2018.

Is-suċċessur tiegħu qed jinkludi lil Igli Tare, li ħabbar li mhux se jkun qed jestendi l-kuntratt tiegħu bħala direttur tal-isport ma’ Lazio.

Sport