Sunday, April 14, 2024

Sebgħa kkatisgati minħabba razziżmu fil-konfront ta’ Vinicius Jr

Aqra wkoll

Seba’ persuni ġew ikkastigati għal atti ta’ razziżmu fil-konfront tal-attakkant Brażiljan ta’ Real Madrid Vinicius Jr.

Erba’ rġiel ġew immultati €60,001 u ngħataw sospensjoni ta’ sentejn milli jidħlu f’xi stadium wara li f’Jannar li għadda kellhom effiġi tal-player Brażiljan ħdejn il-ground tat-taħriġ ta’ Real. 

L-erba’ rġiel ġew arrestati 11-il jum ilu u lliberati fuq depożitu mill-Qorti ta’ Madrid.

Tliet persuni oħra ġew immultati €5,000 u ġew sospiżi għal sena talli għamlu ġesti razzisti waqt il-logħba ta’ Real f’Valencia fil-21 ta’ Mejju li għadda.

Dawn it-tliet persuni għandhom bejn it-18 u l-21 sena, qalet il-pulizija, u nżammu jumejn wara l-logħba.

Is-sanzjonijiet ingħataw mill-Kummissjoni Statali ta’ Spanja kontra l-Vjolenza, Razziżmu, Ksenofobija u Intolleranza fl-Isport.

Ekonomija

Sport