Friday, November 15, 2024

Posposta l-elezzjoni ġenerali f’New Zealand minħabba li reġgħet feġġet il-Coronavirus

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru ta’ New Zealand, Jacinda Ardern ipposponiet l-elezzjoni ġenerali b’xahar hekk kif il-belt ta’ Auckland baqgħet f’lockdown minħabba t-tixrid tal-Coronavirus. 

Jidher li Ardern kellha ċċedi għall-pressjoni li saritilha biex tittardja l-elezzjoni wara li xi partiti lmentaw li ma setgħux jagħmlu kampanja peress li terz tal-popolazzjoni jinsabu f’lockdown. 

Għalhekk, issa l-ezzjoni ġenerali mistennija ssir fis-17 ta’ Ottubru, biex b’hekk il-partiti jkollhom ħin biżżejjed biex jikkampanjaw kif jistgħu fiċ-ċirkostanzi preżenti. Madankollu, Ardern qalet li mhix bi ħsiebha ttawwal aktar, filwaqt li saħqet li kulħadd jinsab fl-istess ċirkostanzi. 

Illum New Zealand irrapportat disa’ każi ġodda ta’ COVID-19 u għalhekk issa għandha 78 każi attivi. 

Jidher li dawk ta’ kontra Ardern qegħdin jakkużawha li użat il-pandemija biex tiskorja l-punti politiċi. 

Ekonomija

Sport