Sunday, May 5, 2024

Il-MAM thedded li d-direttivi ”jerġgħu jidħlu b’effett immedjat” jekk il-miżuri ma jkunux deċisivi

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

F’reazzjoni mibgħuta dalgħodu, l-Union tat-Tobba saħqet li hija kienet tinsab preokkupata bil-kkummenti tal-Prim Ministru “għaliex ma jidhirx li qiegħed kompletament jirrikonoxxi l-gravita tas-sitwazzjoni għas-saħħa pubblika u għall-ekonomija”, filwaqt li huma saħqu kif il-kummenti tiegħu “huma mhix veritiera, li mhux abbażati fuq ix-xjenza, iżda li ġew rrepetuti mill-industrija tat-turiżmu.”

Huma saħqu li d-dikjarazzjoni li Malta għandha l-iżgħar ammont ta’ każijiet f’pajjiżna mhix vera, hekk kif pajjiżna “għandu l-ikbar numru ta’ każijiet ġodda per capita matul dawn l-aħħar ġimgħatejn.”

“Filwaqt li l-Prim Ministru kien qiegħed igawdi btala ġewwa Sqallija, tlett pazjenti kienu jinsabu fit-taqsima tal-kura intensiva. Hemm total ta’ 40 persuna li jinsabu ġewwa sptarijiet, filwaqt li hemm 11-il każ fid-djar ta’ anzjani. Dawn il-pazjenti vulnerabbli jridu jiġu protetti.”

Il-MAM saħqet li d-discos, bars, festini fuq l-art u fuq il-baħar, jew inkella kwalunkwe grupp pubbliku ta’ iktar minn 10 persuni, għandhom jiġu pprojbiti b’effett immedjat. “Apparti hekk, l-użu tal-maskra u tas-social distancing għandhom ikunu ta’ bilfors, u infurzati b’mod emfatiku mill-pulizija, jekk irridu n-numru ta’ każijiet jonqos.”

“Jekk il-miżuri li ser jiġu mħabbra mill-Gvern ma jilħqux l-aspettativi tagħna, il-MAM mhu ser ikollha l-ebda għażla ħlief li terġa tirrikorri għad-direttivi tagħha minn nhar it-Tlieta li ġej.”

Sport