Friday, November 22, 2024

Posposta l-kumpilazzjoni tax-xhieda kontra Ryan Schembri għax pożittiv għall-Covid

Aqra wkoll

Il-kumpilazzjoni tax-xhieda kontra Ryan Schembri kellha tiġi posposta wara li l-akkużat irriżulta pożittiv għall-Covid-19.

F’seduta qasira li seħħet illum, fejn matulha Schembri kien qed isegwi permezz ta’ filmat mill-ħabs, l-Avukat Prosekutur Francesco Refalo ppreżenta ordnijiet maħruġa mill-Avukat Ġenerali taħt l-Att dwar is-Servizzi tal-Investiment.

Fl-istess waqt ġie ppreżentat ċertifikat mediku li għarraf lill-qorti li l-perjodu ta’ kwarantina tiegħu jintemm fit-2 ta’ Mejju li ġej meta jsirlu test tal-PCR.

Ftit tal-jiem ilu Schembri nġieb Malta permezz ta’ Mandat ta’ Arrest Ewropew. Huwa kien kważi tmien snin maħrub minn Malta u qed iħabbat wiċċu ma’ akkużi marbuta ma’ ħasil ta’ flus u frodi.

Sport