Thursday, December 12, 2024

Posposta x-xhieda ta’ Rosianne Cutajar fil-libell kontra Mark Camilleri

Aqra wkoll

Ix-xhieda tad-Deputata Rosianne Cutajar fil-kawża ta’ libell kontra Mark Camilleri ġiet posposta wara li l-avukati tagħha infurmaw lill-Qorti li kienet indisposta.

Cutajar kienet fetħet il-libell wara post fuq Facebook li fih Camilleri allega li Cutajar irċeviet flus mingħand Yorgen Fenech biex tiddefendih minn każijiet ta’ allegata korruzzjoni.

Hekk kif dalgħodu kellha tinstema’ l-kawża, l-Avukati ta’ Cutajar ippreżentaw ċertifikat mediku fejn informaw lill-Qorti li l-klijenta tagħhom kienet tinsab indisposta.

Il-kawża, li qed tinstema’ quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello, ġiet differita għal Ottubru li ġej.

L-Avukati Edward Gatt u Mark Vassallo dehru għal Cutajar. L-Avukat Joseph Mizzi deher għal Camilleri.

Ekonomija

Sport