Wednesday, April 24, 2024

Titkellem għall-ewwel darba oħt Madeleine McCann

Issir viġilja fis-16-il sena anniversarju mill-għajbien tat-tifla ċkejkna li qatt ma nstabet jew sar magħruf x’sar minnha…

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

L-għajbien bla ebda ħjiel ta’ x’sar minnha, għadhiex ħajja u min kien il-moħħ wara l-att krudili li bih it-tifla ċkejkna Madeleine McCann ittieħdet f’nofs ta’ lejl minn mal-familja tagħha, għadu jissemma hekk kif dan il-każ sar magħruf mad-dinja kollha.

Għall-ewwel darba oħtha ż-żgħira, Amelie, li issa għandha 18-il sena, tkellmet pubblikament u dan għamlitu f’ċerimonja għas-16-il sena anniversarju minn mindu Madeleine ma nstabietx rieqda fis-sodda tagħha u l-familja tagħha spiċċaw qatt ma rawha iżjed.

Amelie McCann, li rreferiet għall-għażiża oħtha bil-laqam tagħha “Maddie”, kienet emozzjonata ħafna meta tkellmet fiċ-ċerimonja li fiha nxtegħlu x-xemgħat b’tifkira tal-vittma. Hija qalet li, “Hija xi ħaġa sabiħa li ninsabu lkoll hawn magħqudin imma din hija okkażjoni tad-dwejjaq”. 

Maddie għebet mill-appartament li kienu fih il-familja tagħha lura f’Mejju tal-2007. Din il-familja kienet qiegħda tqatta’ vaganza fi Praia da Luz fil-Portugal meta seħħet din it-traġedja. Insejħulha traġedja għax it-telfa ta’ wild hija orribbli, iżda hija ferm agħar u tortura akbar meta qatt ma ssir taf x’sar minn dik il-povra tifla, wild u oħt tant maħbuba. 

Din il-viġilja saret proprju ġimgħatejn wara li Qorti Ġermaniża ddeċidiet li ma tismax każ ta’ akkużi sesswali kontra raġel li huwa ssuspettat fl-għibien ta’ Madeleine.

Sport