Iċ-champions Ġermaniżi, Bayern Munich, temmew l-istaġun bi draw ta’ 2-2 għand Wolfsburg.
L-attakkant Robert Lewandowski kien l-aqwa skorer tagħhom b’total ta’ 50 goal fejn niżżel ukoll ismu fuq il-lista tal-iskorers kontra Wolfsburg … fejn jidher ukoll li kien l-aħħar wieħed għal Bayern.
Huwa stess stqarr wara l-partita meta fil-kummenti tiegħu sostna: “Teżisti possibbiltá kbira li din kienet l-aħħar logħba tiegħi għal Bayern. Għalissa ma nistax ngħid mija fil-mija … u rridu nsibu l-aħjar soluzzjoni bejni u bejn il-club.”
Hekk kif spiċċat il-partita, Lewandowski mar isellem lill-partitarji u rringrazzjahom tas-sapport kontinwu li tawh matul il-karriera tiegħu mal-Bavarjani.
Qed jingħad li l-attakkant Pollakk se jingħaqad ma’ Barcelona.