Thursday, April 18, 2024

Riżultat diżappuntati ferm għal Malta fis-semi finali

Malta klassifikat fis-16-il post minn fost it-18 li ħadu sehem il-Ħamis

Aqra wkoll

Wara li l-Ukrajna kienet dikjarata bħala r-rebbieħa tal-Eurovision Song Contest li sar f’Turin, l-Italja, ġew ippubblikati r-riżultati taż-żewġ semi finali li saru t-Tlieta u l-Ħamis li għadda.

Malta ħadet sehem fit-tieni semi finali, dik tat-12 ta’ Mejju, u kienet rappreżentata minn Emma Muscat bid-diska ‘I Am What I Am’. F’din is-semi finali, Malta kklassifikat fis-16-il post minn total ta’ 18-il pajjiż u kisbet biss 47 punt li huma maqsuma kif ġej: 20 mit-televoting u 27 mill-ġurija.

L-ewwel semi finali ntrebħet mill-Ukrajna li kisbet 337 punt filwaqt li t-tieni semi finali ntrebħet mill-Iżvezja b’total ta’ 396 punt.

Ekonomija

Sport