Tuesday, April 30, 2024

“Possibilità” li t-tarbija ta’ Prudente setgħet tgħix

Tkompli x-xhieda fil-kumpilazzjoni dwar il-każ ta’ Andrea Prudente

Aqra wkoll

Andrea Prudente qatt ma kienet fil-periklu li tmut u kien hemm il-“possibilità” li l-fetu li kienet qiegħda ġġorr seta’ jgħix. Qal dan il-Kap tal-Ostetrija u l-Ġinekoloġija f’Mater Dei Yves Muscat Baron f’xhieda li ta fil-Qorti.

Dettalji dwar il-kundizzjoni medika tal-omm li kienet qiegħda tistenna tarbija u li esperjenzat sintomi ta’ korriment waqt il-vjaġġ tagħha lejn Malta f’Ġunju li għadda, ħarġu fil-Qorti meta speċjalisti mediċi li kienu involuti direttament kif ukoll indirettament fil-każ issejħu biex jixhdu.

Huwa kienu qed jagħtu x-xhieda tagħhom fi proċeduri kostituzzjonali quddiem il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili fejn il-mara Amerikana qed issostni li nkisru d-drittijiet fundamentali tagħha meta t-tobba f’Malta rrifjutaw li jitterminaw it-tqala tagħha ta’ 16-il ġimgħa. Eventwalment hija ttieħdet l-isptar ta’ Spanja fejn it-tqala tagħha ġiet itterminata hemm.

“Żviluppi fil-qasam f’dawn l-aħħar żewġ diċennji fissru li llum hemm rata ta’ 79.2% li t-tarbija fil-ġuf tgħix meta l-ilma tal-omm jinfaqa’ qabel 20 ġimgħa tqala,” qal Yves Muscat Baron. “F’dan il-każ, Prudenti kellha infezzjoni fis-sistema urinarja qabel seħħ dan u ngħatat l-antibijotiċi.” 

L-ilmijiet tagħha nfaqgħu mal-15-il ġimgħa u erbat ijiem tqala u mad-dħul tagħha fl-isptar fis-16 ta’ Ġunju, ma kien hemm l-ebda fluwidu. Sfortunatament dak iż-żmien hija kienet irriżultat ukoll pożittiva għall-Covid-19, kompla jgħid Muscat Baron.

Intqal ukoll li fil-każ ta’ Prudente, il-parametri mediċi kienu mmoniterjati kuljum. Tali moniteraġġ kien isir fi ġranet alternattivi u għalhekk f’dan il-każ, it-tobba kienu għamlu aktar milli jmisshom biex jiżguraw li s-sitwazzjoni kienet “sigura ħafna.”

Sport