Thursday, April 18, 2024

Żewġ nisa l-Isptar wara inċident tat-traffiku fit-Telgħa ta’ Selmun

Aqra wkoll

Żewġ persuni ddaħħlu l-Isptar minħabba xi ġrieħi li sofrew wara li aktar kmieni għall-ħabta tat-2:45 kienu involuti f’inċident tat-traffiku fit-Telgħa ta’ Selmun.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li mara ta’ 67 sena tilfet il-kontroll tal karozza tat-tip Qashqai u ħabtet f’ħajt. Fil-karozza kien hemm riekba mara ta’ 68 sena.

Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadu liż-żewġ nisa lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. S’issa l-kundizzjoni tagħhom għadha mhux magħrufa.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta mal-każ għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport