Monday, May 13, 2024

Possibilità ta’ maltempata nhar il-Ħamis li ġej

Aqra wkoll

Illum kienet l-aħħar ġurnata din is-sena li t-temperatura se tkun laħqet il-35°C għax minn għada mhux mistennija togħla aktar minn 31°C. Dan ma jfissirx li s-sajf spiċċa, iżda bħal kull sena mal-Vittorja t-temp jibda jaħseb biex jaqleb xi ftit.

Nhar il-Ħamis li ġej mistenni li jkollna temp insabbli hekk kif il-gżejjer Maltin se jintlaqtu minn firxa ta’ pressjoni baxxa. Għal dak il-jum, it-temp mistenni li jkun ftit imsaħħab li jissaħħab ħafna bil-possibbilità ta’ maltempata speċjalment waranofsinhar. Ir-riħ se jkun Grigal il-Lvant forza 3 għal 4 li jitqawwa kultant.

Kif diġà mbassar, minn għada t-Tnejn sat-Tlieta se jkollna riħ qawwi ħafna mill-Majjistra forza 6 b’buffuri ta’ froza 7.

Sport