Hemm possibilità għola li minn nhar l-Erbgħa li ġej pajjiżna jintlaqat minn mewġa ta’ sħana. Hekk kiteb Gordon Grech fuq il-paġna l-Aġġornament tat-temp.
Intant, it-temp għal din il-ġimgħa mistenni jkun għada ftit imsaħħab b’riħ Forza 3 mill-Punent Majjistru li jitla’ għal Forza 4 u jerġa’ jnaqqas waranofsinhar.
L-Erbgħa jerġa’ jkun ftit imsaħħab b’riħ Forza 3 mill-Punent Majjistru filwaqt li l-Ħamis ikun xemxi b’riħ Forza 3 mill-Punent Majjistru li kultant imiss Forza 4.
Tmien il-ġimgħa mistenni temp xemxi u sħun hekk kif il-Ġimgħa t-temp ikun xemxi b’riħ Forza 4 mill-Majjistral li jnaqqas għal forza 3 filgħaxija filwaqt li s-Sibt u l-Ħadd t-temp jibqa’ xemxi b’riħ Forza 3 mill-Punent.
Minn nhar il-Ħamis t-temperatura titla’ għal 35°C iżda tinħass 37°C. Temperatura tal-baħar 26°C.