Minħabba t-tbassir tat-temp għal-lejla il-Gozo Channel avżat lill-pubbliku li jista’ jkun hemm kanċellazzjoni ta’ xi vjaġġi.
Fil-fatt kawża tar-riħ qawwi bħalissa l-vapuri qed jgħaddu minn wara Kemmuna.
Fl-istess waqt is-servizz tal-fast ferry bejn Malta u Għawdex jinsab wieqaf.