Friday, May 3, 2024

L-ekonomija Maltija tikber b’darbtejn u nofs mill-medja Ewropea fit-tielet kwart tas-sena

Żieda ta’ €394.4 miljuni fil-Prodott Gross Domestiku

Aqra wkoll

Stimi provviżorji jindikaw li l-Prodott Domestiku Gross għat-tielet kwart tal-2021 ammonta għal €3,705.9 miljuni, li juru żieda ta’ €394.4 miljuni, jew 11.9% meta komparat ma’ l-istess kwart tal-2020. 

Ċifri maħruġa mill-Uffriċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li f’termini ta’ volum, il-Prodott Gross Domestiku żdied b’9.7% wara tnaqqis ta’ 10.9 fil-mija reġistrati fis-sena qabel b’riżultat tal-pandemija tal-Covid-19

Il-muturi ewlenin wara dan it-tkabbir ta’ 9.7% kienu l-attivitajiet tas-servizzi, l-industrija u l-kostruzzjoni, li kkontribwew 9.2%, 0.2% u 0.2% rispettivament. L-agrikoltura u s-sajd kellhom impatt newtrali fuq il-valur miżjud gross.

It-taxxi netti fuq il-prodotti kkontribwew b’mod pożittiv lejn it-tkabbir tal-PGD b’żieda ta’ 10.5% f’termini ta’ volum.

Intant il-Prim Ministru Robert Abela fuq twitter irrimarka illi matul it-tielet kwart ta’ din is-sena l-ekonomija ta’ Malta kienet l-iżjed li kibret malajr fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea u darbtejn u nofs akbar mill-medja Ewropea. 

Dan juri li bl-investiment privat u pubbliku rekord, il-pajjiż qed ikompli jikber u jistagħna, temm il-Prim Ministru.

Sport