Thursday, December 26, 2024

“Post hemm għal kulħadd … għinuna ngħinukom”

Jeremy Mifsud Bonnici, President ġdid tal-Kunsill Studenti Universitarji (KSU)

Aqra wkoll

Fost oħrajn għandu r-rwol li jassigura, kull fejn hu possibbli, li l-aġir tal-KSU għandu jimxi mal-għan li tiġi promossa s-sostenibbiltà ambjentali li jinkludi modi alternattivi ta’ trasport, tnaqqis ta’ skart, żvilupp sostenibbli, kif ukoll dak kollu li l-Eżekuttiv jara li huwa relevanti għal dan l-għan.

Kif tiddeskrivi l-ħajja ta’ student fl-Università ta’ Malta fil-preżent?

Bħalissa l-istudenti qiegħdin jirritornaw għal-ħajja studenteska fiżika u preżenti fuq il-kampus. Ħajja li kienet kważi kompletament virtwali għal waħda fuq il-kwadrangolu.

Il-ħajja tal-istudent bħalissa hija waħda mimlija liema bħala minħabba li għandhom kors full-time, xogħol wieħed jew tnejn apparti li jippruvaw jieħdu sehem f’attivitajiet kurrikulari u ħajja personali.

Kemm hi l-popolazzjoni ta’ studenti universitarji bħalissa?

Madwar 14,000.

Minn dawn kemm hemm studenti barranin?

Madwar 2,100.

Għaliex taħseb li l-Università ta’ Malta tattira ammont sostanzjali ta’ studenti barranin?

L-Universita’ ta’ Malta, hija assoċjata ma’ ħafna organizzazzjonijiet internazzjonali li jagħmlu parti minnha numru kbir ta’ Universitajiet internazzjonali.

Il-campus preżenti tal-Università huwa kbir biżżejjed?

L-ispazju fuq Kampus huwa problema kbira għall-istakeholders kollha – studenti
għal spazji miftuħa għar-rikreazzjoni, l-universita’ għal klassijiet u fakultajiet u l-KSU u l-Universitá għal storage. Tant hu hekk li students house beda jittiehed
mill-istudenti għall-fakultajiet.

Taħseb li hemm bżonn li jinbena campus ieħor?

Iva.

X’inhu r-rwol tal-KSU fl-Università?

L-għan tal-KSU huwa li jagħti vuċi lill-istudenti, jisma’ il-problemi tal-istudent u
jirraprezenta lill-istudenti fuq kull livell – minn livell ta’ fakulta’ sa fuq livell
internazzjonali.

Li tagħti vuċi u tagħti s-setgħa lill-istudenti sabiex tħeġġiġhom kemm ifittxu
opportunitajiet li bihom ikunu jistgħu jikkontribwixxu lejn is-soċjetà, filwaqt li
jipprovdulhom opportunitajiet bħal dawn.

Li dejjem tikkonsulta ma’ partijiet interessati oħra; fosthom għaqdiet studenteski,
l-Università ta’ Malta, il-Gvern, Unions u rappreżentanti oħra tal-istudenti, għalliema u letturi.

Li dejjem tfittex li tilħaq l-interess ġenerali tal-korp studentesk kollu permezz
tal-imġieba u d-deċiżjonijiet tagħha.

Li tiġi kkultivata għarfien edukattiv, soċjali u kulturali fost l-istudenti.

Meta raġonevolment prattikabbli u possibbli, tikkoordina l-attivitajiet tagħha ma’
dawk ta’ organizzazzjonijiet oħra mingħajr ma tiġi sagrifikata l-awtonomija tagħha.

Li jippromwovi l-valur tat-tagħlim tul il-ħajja bħala dritt u bħala mezz għal għan akbar. Li ssir pressjoni fuq l-awtoritajiet konċernati biex jiżguraw li l-kwalità u l-livell ta’ edukazzjoni ogħla jkunu l-aħjar kwalità possibbli.

U r-rwol tiegħek bħala president?

Il-president hu s-Sedja tal-Eżekuttiv. Hu għandu jiggwida l-ħidma tal-membri l-oħra kollha u jikkonsultahom fi ħwejjeġ li jaqgħu taħt il-kompetenzi tagħhom. Il-
President hu l-kelliem prinċipali tal-Eżekuttiv u jirrappreżenta t-totalità tal-organi
rappreżentattivi tal-KSU u għandu jaġixxi bħala tali. jassigura li l-politika globali
tal-KSU tkun koerenti u jżomm il-prinċipju ta’ kontinwità bħala bażi għal din
il-konsiderazzjoni; li jassigura, kull fejn hu possibbli, li l-aġir tal-KSU għandu jimxi
mal-għan li tiġi promossa s-sostenibbiltà ambjentali li jinkludi modi alternattivi ta’
trasport, tnaqqis ta’ skart, żvilupp sostenibbli, kif ukoll dak kollu li l-Eżekuttiv jara li huwa relevanti għal dan l-għan. L-irwol tal-President din is-sena ħa jkun li javviċina l-istudenti biex kemm jista’ jkun jersqu viċin l-attivizmu studentesk u li ningħaqdu bħala komunità waħda.

X’attivitajiet torganizza din l-entità matul is-sena Universitarja u mhux biss?

L-attivitajiet ta’ kull sena jvarjaw pero’ il KSU Car Treasure hunt, KSU Students Fest, Organisations BBQ – l-importanza hi li nzommu varjeta u ninbiddlu maz zminijiet u nibqghu kurrenti.

Isiru biżżejjed attivitajiet extra-kurrikulari fl-Università?

Iva u le – naħseb li hemm ammont tajjeb ta’ attivitajiet – pero nahseb illi l-kwantità u mhux il-kwalità qed jiġi mħares u nemmen illi permezz ta’ kwalitá qawwija, huwa iktar faċli tgħaqqad lill-istudenti.

Fl-Università hemm ċentru li joffri għajnuna psikoloġika mingħajr ħlas, iżda ninsab infurmat li dan għandu waiting lists twal. Tikkonferma dan?

Din hija vera, b’eżempju personali fejn issa inkun applikajt għall-intake 30 ġurnata ilu u għadni bla rispons – hija xi ħaġa inkwetanti ħafna, speċjalment jekk ikun hemm każ serju.

Hemm xi proġetti ppjanati mill-KSU għall-kumplament tas-sena universitarja?

Għandna ħafna proġetti pjanati illi tista’ ssibhom hawnhekk –
https://issuu.com/sdm-studentidemokristjanimaltin/docs/manifestofinal?fbclid=I
wAR1_PkdeAFE9FkFM4wLhn0CQmGUwwj_t8NFHbrjipJ-CvtpZK5eF_jPrvkw – hemm
l-ewwel sezzjoni fuq il-proposti prinċipali tagħna.

Bħala president tal-KSU, għaddi messaġġ finali lill-istudenti Universitarji kollha.
Inħeġġeġ lil kull student jagħmel l-ewwel pass lejn l-attivizmu … dan jgħinkom u
jgħallimkom b’modi li lanqas biss tistennew – tgħallimt ħiliet, għamilt ħbieb u għamilt differenza ta’ veru. Post hemm għal kulħadd! Għinuna ngħinukom!

Ekonomija

Sport