Sunday, December 22, 2024

Post it-tfal huwa l-iskola u mhux jiġġieldu fil-gwerer

Aqra wkoll

Waqt li kien qed jiftaħ il-konferenza internazzjoinali dwar it-tfal, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Ian Borg saħaq li t-tfal posthom l-iskola u mhux jiġġieldu l-gwerer u l-kunflitti. Sostna wkoll li l-impunita mhix għażla u hemm bżonn li dawk responsabbli minn dawn ir-reati jiffaċċjaw il-ġustizzja.

Fid-diskors tiegħu, il-Ministru Borg tkellem ukoll dwar il-prijorità tal-politika barranija Maltija li hija wkoll punt essenzjali fil-ħidma li qed jagħmel pajjiżna fuq il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda.

Fid-dawl ta’ din il-konferenza, il-Ministru Borg kellu laqgħa bilaterali mar-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda għat-Tfal fil-Kunflitti, Virginia Gamba. Matul din il-laqgħa komplew jiġu diskussi l-prijoritajiet ta’ Malta dwar dan is-suġġett u kif matul dan iż-żmien importanti li Malti qiegħda fuq il-kunsill, bħala pajjiż, se tkun qed tagħmel l-almu kollu tagħha sabiex is-suġġett jibqa’ jkun wieħed fuq nett tal-aġenda internazzjonali.
 
Il-Ministru Borg kellu wkoll laqgħa ma’ Alain Délétroz, il-Kap Eżekuttiv ta’ Geneva Call, u mal-Kap Eżekuttiv ta’ Action Against Hunger Jean-François Riffaud.
 
Il-Ministru Ian Borg ipparteċipa wkoll fil-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali bi preparazzjoni għall-Kunsill Ewropew ta’ nhar il-Ħamis.

Ekonomija

Sport