Wara li Tottenham Hotspur kisbu rebħa kbira ta’ 5-1 kontra l-Ukreni ta’ Shaktar Donetsk, tkellem il-kowċ Ante Postecoglou bil-kliem jaqa’ fuq l-attakkant prolifiku Harry Kane li qed jissemma’ kontinwament li jista’ jingħaqad ma’ Bayern Munich.
Postecoglou qal li Kane għadu taħt kuntratt ma’ Tottenham iżda ħeġġeġ lid-diriġenti tiegħu sabiex iħaffu u jiddeċiedu x’se jagħmlu għax hu jrid iħejji metodu tattiku ġdid għall-istaġun li jinsab ġimgħa ‘l bogħod milli jibda.
Għall-kronaka, Kane skorja tripletta fir-rebħa ta’ Tottenham.