Valletta ………0
Birkirkara ……0
Minn Cristian Muscat
Is-siparju ta’ dan l-istaġun tela’ bil-konfront bejn ir-rivali Valletta u Birkirkara li ntemm fi draw ta’ 0-0 li ma laħaqx l-aspettattiva mistennija fejn il-Beltin kienu sfortunati li ma ħarġux bit-tliet punti meta ġew imċaħħda mil-lasta.
Qabel il-partita, il-president ta’ Valletta, Claudio Grech, ippreżenta bukkett fjuri bħala ġest simboliku ta’ kommemorazzjoni wara l-mewt tal-eks president ta’ Birkirkara, Victor Zammit, ftit tal-ġimgħat ilu.
Kienu Birkirkara li ħolqu l-ewwel periklu wara biss żewġ minuti meta l-midfielder ta’ Valletta, Yannick Yankam, tilef il-ballun li finalment intemm għand Kemar Reid, li venven xutt fil-baxx minn barra l-kaxxa li ħareġ l-aħjar tal-goalkeeper ta’ Valletta, Adison Aguero dos Santos, li dawwar f’corner b’diffikultá wara li ntefa’ minn tulu fl-art.
Valletta wieġbu fis-17-il minuta meta r-Rumen, Andrei Ciolacu, ttanta xortih permezz ta’ xutt mill-ewwel mid-distanza li iżda ntemm għoli.
Kien biss fil-45 minuta li waslet l-azzjoni sussegwenti, b’Valletta jkunu huma li joħolqu l-periklu meta Jackson Mendoza kellu l-konklużjoni angolata tintemm ftit barra.
Fit-52 minuta, Valletta resqu ferm viċin li jiftħu l-iskor meta Yankam xeħet cross fid-direzzjoni ta’ Keith Brewer li kellu t-tentattiv mill-ewwel tiegħu jistampa mal-wieqfa.
Tliet minuti wara free-kick insidjuż tal-captain Brandon Paiber ġie salvat b’diffikultá mill-goalkeeper Spanjol ta’ Birkirkara, Miguel Angel Martinez.
Il-Beltin baqgħu jippressaw u fid-59 minuta, l-istess Paiber ittanta xortih b’xutt mid-distanza iżda falla kompletament il-mira.
Birkirkara wieġbu, fit-73 minuta, permezz ta’ xutt minn Kemar Reid minn pożizzjoni angolata li ntemm ftit barra … u fil-81 minuta, Lucas Macula kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu tispiċċa barra.
Din kienet l-aħħar azzjoni biż-żewġ goalkeepers ma ġewx impenjati.
VALLETTA: 90-Adison Aguero dos Santos, 4-Steve Borg, 9-Andrei Ciolacu (94-Jefferson De Assis 58), 10-Brandon Paiber, 20-Yannick Yankam, 28-Keith Brewer (5-Zachary Cassar 76), 44-Neil Anthony Micallef, 50-Yuri De Jesus Messias, 55-Sava Radic, 77-Thaylor Aldama, 98-Jackson Mendoza (11-Jake Azzopardi 76) – Coach: Thane Micallef
BIRKIRKARA: 1-Miguel Angel Martinez, 2-Francisco Lopez Garrone, 3-Ignacio Manuel Morello, 4-Luis Mario Cordova Mina, 9-Kemar Reid (22-Jan Busuttil 79), 10-Shaun Dimech (33-Geoffrey Edwin Acheampong 62), 11-Kurt Zammit, 24-Leandro Lautaro Lacunza, 27-Franklin Sasere (25-Neil Micallef 62), 59-Stephane Donovan Makoma, 77-Lucas Macula – Coach: Stefano De Angelis
referee: Ishmael Barbara
ASS. refereeS: Duncan Spencer, Mark Ciantar
RABA’ UFF: Daniel Portelli
SKORERS: Ħadd
AMMONITI: N.A. Micallef (V); K. Zammit (B)
PLAYER TAL-LOGĦBA: Steve Borg (Valletta)