Sunday, December 29, 2024

Premier Ingliż: Arsenal iżommu l-pass mal-leaders Tottenham Hotspur

Aqra wkoll

Fil-Premier League Ingliż, Arsenal żammew il-pass mal-leaders Tottenham Hotspur meta rreġistra rebħa kbira ta’ 5-0 fuq Sheffield United li baqgħu ankrati fil-qiegħ tal-klassifika. 

Min-naħa ta’ Chelsea, kontra kull mistenni huma tilfu f’darhom kontra Brentford bl-iskor ta’ 2-0 biex issa tibda tiżdied il-pres­sjoni fuq il-manager, Mauricio Pocchettino, bi probabbiltá kbira li jitkeċċa fil-futur qrib. 

Chelsea v Brentford – Chelsea laqgħu lil Brentford u sfaw megħluba bl-iskor ta’ 2-0 biex minbarra li sofrew it-tielet telfa f’dan l-istaġun, komplew jesponu l-kriżi tagħhom. 

Il-goals waslu fit-tieni taqsima minn daqqa ta’ ras ta’ Ethan Pinnock (58) u Bryan Mbeumo (93). 

Arsenal v Sheffield U. – Arsenal iddominaw għal kollox biex għelbu lil Sheffield United bl-iskor ta’ 5-0 li ma kellhom l-ebda risposta, bil-protagonista jkun Eddie Nketiah (28, 50, 58) li skorja trippletta, biż-żewġ goals l-oħra jaslu mill-Brażiljan Fabio Vieira (88) minn pe­nalty u mill-Ġappuniż, Takehiro To­miyasu (94).  

Bournemouth v Burnley – Bournemouth kisbu l-ewwel rebħa tal-istaġun meta għelbu lil Burnley bl-iskor ta’ 2-1 biex inqalgħu miż-żona l-ħamra. 

Il-goals tagħhom waslu minn Antoine Semenyo (22) u Philip Billing (76) wara li Charlie Taylor (11) fetaħ l-iskor għal Burnley. 

Wolves v Newcastle – Wolves laqgħu lil Newcastle United u temmew fi draw ta’ 2-2 bil-goals tal-Magpies jaslu minn doppjetta ta’ Calum Wilson (22, 45) bit-tieni wieħed jasal minn penalty. 

Min-naħa l-oħra, Mario Lemina (36) u Hee-Chan Hwang (71) skorjaw għat-team ospitu. 

Ekonomija

Sport