Monday, May 13, 2024

Serie A: Juventus jegħlbu lil Verona b’goal fil-ħin miżjud

Aqra wkoll

Juventus għelbu lil Verona bl-iskor ta’ 1-0 iżda kellhom jistennew sas-97 minuta biex skorjaw l-uniku goal tal-partita permezz ta’ Andrea Cambiaso. 

Madankollu l-Bianconeri ddominaw dan il-konfront fejn kellhom ukoll żewġ goal ta’ Moise Kean imħassra filwaqt li Arek Milik ġie mċaħħad mil-lasta. 

Proprju fl-aħħar azzjoni, Milik xeħet għan-nofs fejn Pawel Dawidowicz naqas li jikklerja, bil-ballun jasal għand Cambiaso li bil-kalma kollha ddepożita l-ballun fix-xibka. 

Dan kien l-ewwel goal ta’ Cambiaso bil-flokk ta’ Juventus … u bla dubju se jibqa’ jiftakru hekk kif wasal b’mod mill-aktar drammatiku.  

Sport