Sunday, December 22, 2024

Premier Ingliż: Arsenal jirbħu d-Derby ta’ Londra

Aqra wkoll

Fil-Premier League Ingliż, Arsenal marru għand ir-riva­li Tottenham Hotspur u f’atmosfera ostili ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 3-2 biex żammew posthom fil-quċċata tal-klassifika. 

Huma għandhm vantaġġ ta’ punt fuq Manchester City, li min-naħa tagħhom għelbu lil Nottingham Fo­rest bl-iskor ta’ 2-0, bis-Citizens iridu jirkupraw partita. 

Tottenham v Arsenal– Arsenal baqgħu fl-isfida għar-rebħ tal-kampjonat Ingliż meta rreġistraw rebħa mill-aktar importanti bl-iskor ta’ 3-2 fuq Tottenham liema partita kellha tmiem eċċitanti. 

Il-Gunners fetħu vantaġġ ta’ tliet goals minn auto-goal ta’ Pierre-Emile Hojbjerg (15), Bukayo Saka (27) u Kai Havertz (38). 

Iżda wara l-mistrieħ, Tottenham għamlu reazzjoni fejn anke xeħtu lill-avversarji jirtiraw lura jassorbu l-pressjoni tagħhom. 

Huma skorjaw darbtejn minn Cristian Romero (64) u minn penalty ta’ Heung-min Son (87)  bil-goal ta’ dan jasal xi ftit tard biex setgħu jsalvaw il-logħba. 

Din it-telfa kienet tfisser ukoll li Liverpool ikkwalifikaw b’mod awtomatiku għall-UEFA Champions Lea­gue. 

Nottm F. v Man City – Manchester City marru għand Nottingham Forest u ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 2-0.

Fil-veritá kienet rebħa sofferta minħabba li l-Forest heddew diversi drabi l-lasti avversarji sakemm kienu għadhom fi draw. 

Peró l-esperjenza tas-City rebħet b’goal f’kull taqsima minn daqqa ta’ ras ta’ Josko Gvardiol (32) u mis-sostitut Erling Haaland (71) wara li kien ilu fil-ground għal ftit sekondi. 

Bournemouth v Brighton – Bournemouth kisbu rebħa komda fuq Brighton bl-iskor ta’ 3-0, bil-goals jaslu minn Marcos Senesi (13), Enes Unal (52) u Justin Kluivert (87). 

Ekonomija

Sport