Saturday, November 30, 2024

Premier Ingliż: Arsenal jitilgħu fl-ewwel post

Aqra wkoll

Goal erba’ minuti mit-tmiem minn Kai Ha­vertz poġġa lil Arsenal fil-quċċata tal-klassifika tal- Premier League Ingliż hekk kif għelbu lil Brentford bl-iskor ta’ 2-1.  

Illum il-Gunners ikunu spettaturi fl-aqwa logħba tal-istaġun, bejn Liverpool u Manchester City, fejn jittamaw li tintemm fi draw. 

Kien Declan Rice (19) li poġġa lil Arsenal fil-vantaġġ iżda Yoane Wissa (45) kiseb id-draw momentarju għal Brentford. 

Man Utd v Everton – Manchester United irreġistraw rebħa mill-aktar importanti meta laqgħu lil Everton u rebħulhom bl-iskor ta’ 2-0, biż-żewġ goals jaslu fl-ew­wel taqsima minn żewġ pe­nalties.  

Iż-żewġ fouls fil-kaxxa saru fuq Alejandro Garna­cho, bil-goals mill-11-il met­ru jiġu skorjati minn Bruno Fer­nandes (12) u Marcus Rash­ford (36).   

Bournemouth v Sheffield U. – Bournemouth irkupraw żvantaġġ ta’ żewġ goals biex temmew fi draw ta’ 2-2 kontra Sheffield United. 

Gustavo Hamer (27) u Jack Robinson (64) fetħu vantaġġ ta’ żewġ goals wara li Dominic Solanke (14) falla penalty għaċ-Cherries. Iżda Dango Ouattara (74)  u Enes Unal (93) kisbu d-draw għal Bournemouth. 

C. Palace v Luton – Cry­stal Palace laqgħu lil Luton  Town u spiċċaw fi draw ta’ 1-1, b’dawn tal-aħħar jiksbu l-goal tad-draw fis-96 minuta minn Cauley Woodrow wara li Jean-Philippe Ma­teta (11) fetaħ l-iskor għall-Palace.

Wolves v Fulham – Wol­ves żammew it-tamiet tagħ­hom ħajjin li jikkwali­fikaw għall-kompetizzjoni tal- UEFA Conference League meta għelbu lil Fulham bl-iskor ta’ 2-0, liema goals waslu fit-tieni taqsima minn Rayan Ait Nouri (52) u auto-goal ta’ Tom Cairney (67) … filwaqt li Alex Iwobi (98) naqqas il-marġni għall-Cottagers.   

Sport